Lokali

Ħabta bejn trakk u karozza fi Triq Mikiel Anton Vassalli

Pulizija u ambulanza issejħu fl-inħawi tal-Università wara ħabta li seħħet bejn trakk u karozza aktar kmieni dalgħodu.

L-inċident seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli, ftit ‘il bogħod mill-iskate park – direzzjoni lejn il-Kappara.

Net News jista’ jikkonferma li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Fil-post waslu wkoll uffiċjali tal-LESA.