Lokali

Identifikat ir-raġel li miet f’San Pawl il-Baħar

Deskritt bħala ġentlom ir-raġel illi miet f’xaft wara li waqa’ minn għoli ta’ erba’ sulari.

Il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz tal-Birgu wassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Lawrence Fardell. U ddeskrivih bħala żagħżugħ maħbub minn kulħadd, devot ta’ San Lawrenz u anke sostenitur tal-festa b’diversi donazzjonijiet.

Hu kien ukoll iwettaq xogħol, li fi kliem il-Kumitat Festi Esterni għamlu “mill-qalb u mingħajr ħlas”.

“Żgur li t-telfa ta’ Lawrence ser tħalli vojt kbir qalb il-Vittoriosani u l-ħbieb tiegħu.”

Dwar dan il-każ qed issir inkjesta immexija mill-Maġistrat Joe Mifsud.