Fil-Greċja, bħalissa, qed isiru l-avvenimenti – sollenni u pubbliċi – biex ifakkru t-52 anniversarju tar-rivoluzzjoni tal-istudenti kontra l-eks-Ġunta li mexxiet lill-pajjiż għal diversi snin.
Id-dimostrazzjonijiet storiċi tal-1973 laħqu l-qofol fil-Politeknika ta’ Ateni meta, fis-17 ta’ Novembru ta’ dik is-sena, it-tankijiet tal-Armata daħlu fil-kumpless biex irażżnu lill-istudenti li kienu qed jipprotestaw kontra ‘il-kurunelli’ li kienu qed jikkmandaw lill-Greċja… Azzjoni li fiha nqatlu l-għexeren ta’ persuni mhux armati.
Intant, eluf ta’ Griegi, f’dawn il-ġranet, qed jimmarċjaw f’Ateni biex ifakkru dik l-era sewda li fiha l-istudenti kienu qed jisfaw mira għal vjolenza bla rażan. Madankollu, l-‘uprising’ tal-istudenti kien strumentali biex il-Ġunta tisfaxxa maż-żmien u wara dittatura militari fil-Greċja li damet mill-1967 sal-1974.
//= $special ?>

