Fil-Greċja, bħalissa, qed isiru l-avvenimenti – sollenni u pubbliċi – biex ifakkru t-52 anniversarju tar-rivoluzzjoni tal-istudenti kontra l-eks-Ġunta li mexxiet lill-pajjiż għal diversi snin.
Id-dimostrazzjonijiet storiċi tal-1973 kienu laħqu l-qofol taghhom fil-Polytechnic ta’ Ateni meta, fis-17 ta’ Novembru ta’ dik is-sena, it-tankijiet tal-Armata daħlu fil-kumpless biex irażżnu lill-istudenti li kienu qed jipprotestaw kontra ‘il-kurunelli’ li kienu qed jikkmandaw lill-Greċja… Azzjoni li fiha nqatlu għexeren ta’ persuni mhux armati.
Intant, eluf ta’ Griegi, f’dawn il-ġranet, qed jimmarċjaw f’Ateni biex ifakkru dik l-era sewda li fiha l-istudenti kienu qed jisfaw fil-mira ta’ vjolenza bla rażan.
//= $special ?>

