Janice Chetcuti, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet fil-parlament li Il-gvern ma żammx il-wiegħdi li għamel dwar l-annimali
Janice Chetcuti qalet li meta pajjiż jirrispetta lill-annimali, il-ħajja tkun ħafna aħjar. Hi sellmet lill-għaqdiet volontarji u individwi li jgħinu u jitimgħu lill-annimali u qalet li l-gvern mhuwiex jagħti kas lill-annimali. Minkejja l-wiegħdi elettorali, il-gvern mhuwiex iżommhom fil-konfront tal-annimali.
Wara l-pressjoni li saret issa inbeda l-kors tal-veterinarji u issa dan sar akkreditat; dan hu pass pożittiv li kien propost mill-PN.
Id-deputat Nazzjonalista sostnet li l-gvern ivvota biss €60,000 għall-għaqdiet volontarji biex jieħdu l-annimali għall-kura medika. Dan hu xogħol il-gvern u għalhekk dawn is-servizzi għandhom jingħataw b’xejn; għandu jkun il-gvern li jikkura lil dawn l-annimali. Janice Chetcuti qalet li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali hu mimli bl-annimali u għalhekk qed jibgħatu l-annimali għand l-għaqdiet volontarji.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-għaqdiet volontarji għandhom jingħataw servizzi b’xejn jew bi ħlas minimu. Il-gvern ta miżerja ta’ €30,000 fl-iskema ta’ adozzjoni tal-annimali domestiċi, qalet id-deputat Nazzjonalista, li pproponiet sistema ta’ assigurazzjoni għall-annimali b’benefiċċji għall-familji li jadottaw annimali domestiċi.
Hemm ċirkostanzi fejn persuni ma jkollhom flus biex iħallsu l-ispejjeż tal-vetrinarji u għalhekk l-annimali jispiċċaw bla dar. Għalhekk l-annimali kollha għandhom ikunu assigurati biex dawn jingħataw is-servzzi mediċi f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Il-gvern qed jagħti €10,000 biss lill-kunsilli lokali biex iwettqu ħidmiet fil-lokalitajiet favur l-annimali; din hi għotja miżera. Il-gvern ivvota l-ammont redikolu ta’ €40,000 għall-klinika tal-annimali li fil-fatt ma teżistix, qalet Janice Chetcuti, li spjegat li l-annimali li qed jinstabu issa li l-istpar tal-annimali ilu 28 xahar magħluq issa qed ikunu milqugħa fi kliniċi varji. B’€40,000 ma tistax tagħti l-għajnuna meħtieġa.
L-Annimal Welfare Fund ingħatw €2,000 waqt li ma ngħataw ebda fondi għal tiswijiet fis-santwarji preżenti u s’issa għadu ma kien finalizzat ebda proġett. Dwar it-tiswija tal-annimali, Janice Chetcuti qalet li għandu jkun hemm klinċi madwar il-pajjiż b’allokazzjoni biex jitħallsu n-nies li jgħinu lill-annimali li jgħixu fit-toroq. Id-deputat Nazzjonalista qalet li fil-budget il-gvern qal biss li se jinfetaħ l-isptar tal-annimali li ilu magħluq snin, li se jkun hemm servizzi bil-lejl f’każ ta’ emerġenza li ilu hemm iktar minn 13-il sena u li se jsir ċimiterju li ilu mwiegħed snin. Il-gvern spiċċa beix fetaħ emorial garden f’Ta’ Qali li m’għandu x’jaqsam xejn ma’ ċimiterju tal-annimali. Dan il-ġnien illum jinsab fi stat abbandunat u sewa €180,000. Issa l-gvern qed jgġid li se jagħmel krematorju li hi idea tajba.
Il-gvern qed jgħid ukoll li se jagħmel rehomind centre, li kien ippjana Gvern Nazzjonalista f’Ta’ Qali. Il-PN ma jaqbilx li l-klieb miġbura jitpoġġew fl-Għammieri li għandhom jitpoġġew f’re-homing centre. Il-gvern issa qed jgġid li lkontijiet tad-dawl u l-ilma għandhom isiru fuq bażi residenzjali iżda fil-verita dawn lanqas biss għandhom iħallsu l-kontijiet għaliex dawn qed jagħmlu x-xogħol li suppost qed jagħmel il-gvern.
Janice Chetcuti qalet li kien Gvern Laburista li neħħa ċ-ċirklu mill-pajjiż iżda s-sena li għaddiet il-gvern daħħal emenda biex l-annimali jistgħu jintużaw bħala props f’esebizzjonijiet. Il-PN m’aċċettax din l-emenda. Ftit ġimgħat ilu reġa’ kien hemm ċirklu li qed juża l-annimali iżda meta l-ministru ra li kien hem oġġezzjonijiet partijiet mix-show twaqqfu.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern ma jistax ikompli jwiegħed li se jiddefendi lill-annimali ftit qabel l-annimali u sostniet li l-gvern qed juża lill-annimali biex jieħu l-voti ta’ dawk li jħobbu l-annimali. Quddiem dan il-PN se jkun qed jipproponi proposti konkreti għax verament għandu għal qalbu din il-kwistjoni.
//= $special ?>

