Graziella Galea,
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea sostniet fil-Parlament li l-konsumaturi għandhom dejjem ikunu protetti.
Hi tkellmet dwar il-konsumaturi u qalet li l-Gvern qed jonqos milli jħares lill-familji u lill-pensjonanti fiż-żidiet tal-għoli tal-ħajja li qed tolqot bil-kbir lill-konsumatur. Iż-żieda fil-fatt naqset għal €4.66ċ bil-konsegwenza li ħafna ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja iktar u iktar meta l-konsumatur se jibqagħlu inqas minħabba li minnha trid titnaqqas it-taxxa.
Id-deputat Nazzjonalista appellat biex din iż-żieda tibda titħallas mill-gvern anki fil-privat biex din ma twassalx għal żieda fil-prezzijiet. Fadal ħafna biex il-konsumaturi jkunu jafu d-drittijiet tagħhom iżda għandhom isiru kampanji edukattivi dwar il-prezzijiet u l-għażliet li jridu jagħmlu. Id-drittjiet tal-konsumaturi għandhom ikunu mħarsa f’kull ħin.
Graziella Galea kompliet li s-servizzi ta’ wara l-bejgħ għandhom jissaħħu biex il-konsumaturi jkunu protetti. Il-konsumatri għandhom ukoll obbligu biex ma jkunx hemm konsum bla rażan jew bil-ħela.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-konsumaturi għandhom jingħataw inċentivi u sostniet li l-konsumaturi għandhom ikunu megħjuna jixtru prodotti sostenibbli. Il-konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa dwar dan anki quddiem il-mod kif inbidel il-metodu tax-xiri.
Graziella Galea tkellmet dwar l-għoli tal-ħajja u qalet li ma tirriflettix il-verità dwar kemm verament ikunu għolew il-prezzijiet partikolarment tal-prodotti essenzjali. Hawn 100,000 persuna li qed jgħixu fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar u għalhekk il-gvern għandu jkun impenjat li jgħix lil dawn il-persuni.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-protezzjoni tal-konsumatur hi kwistjoni ta’ ġustizzja soċjali fejn il-gvern għandu responsabbiltà li jħares lill-konsumaturi b’miżuri effettivi biex is-soċjetà tkun waħda ġusta.
//= $special ?>

