Il-Master Plan tat-Trasport għall-2030 ma jsemmix is-sistema tal-metro li tant kien hawn pompa fuqha fl-aħħar ġimgħat minn naħa tal-Prim Ministru. U minflok, il-pjan tal-Gvern jissuġġerixxi sistema ta’ bus rapid transit li tista’ tkun waħda mis-soluzzjonijiet prinċipali li ttejjeb it-trasport pubbliku.
Il-pjan, li tnieda għall-konsultazzjoni pubblika fl-10 ta’ Novembru, se jiggwida l-policies tat-trasport għas-snin li ġejjin fit-toroq, fil-baħar u bl-ajru.
U minkejja li l-Gvern riċentement qal li l-kumpanija internazzjonali ARUP qed tikkonkludi studju fuq il-metro, il-masterplan jgħid biss li Malta se tħares lejn tipi differenti ta’ trasport effiċjenti u aħjar.
Il-ġurnal Times of Malta stqarr li din l-idea tal-bus rapid transit – jew BRT – mhix ġdida. Dan hekk kif fl-2007, studju mill-kumpanija Brittannika Halcrow wera li sistema BRT tista’ ttejjeb it-trasport f’Malta u tgħin sabiex in-nies jużaw il-karozzi inqas.
Il-pjan, dak iż-żmien, ma kienx ġie adottat.
Intant, it-Times fakkret kif il-problema tat-traffiku f’Malta hija waħda allarmanti – tant li fl-2022 swiet lil Malta madwar €400 miljun.
Saħqet li jekk ma titteħidtx azzjoni mill-aktar fis il-konġestjon f’pajjiżna se tiswa’ lil pajjiżna mal-€1.28 biljun fis-sena sal-2050.
//= $special ?>
