Lokali Parlament

Jeħtieġ li l-gazzetti jissaħħu u jkunu mgħejjuna iktar

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li jeħtieġ li l-gazzetti jissaħħu u jkunu mgħejjuna iktar biex dan jibqgħu jinħarġu.

Carm Mifsud Bonnici sellem lil lill-ħaddiem taċ-Ċivil u sostna li l-Att dwar l-il-Protezzjoni tal-Informatur hu wieħed improtanti għaliex jitratta l-akkontabbiltà tan-nies taċ-Ċivil. Hu enfażizza l-importanza li r-regoli taċ-Ċivili ikunu osservati. Il-burkorazija t-tajba hi essenzjali beix l-affarijiet isiru sew fl-infieq tal-fus u biex ikun assigurat li n-nies taċ-Ċivil ikunu dawk li jipproteġu l-ifneiq korrett fil-budget.

Hu qal li ċ-Ċivil għandu jibqa’ indipendenti mill-politika u għandu jiggwida lill-politiku fejn għandu jmur u kif jista’ jwettaq l-affarijiet b’mod tajjeb. Dan hu rwol importanti fid-demokrazija u għandha tkun protetta

Carm mifsud Bonnici sostna li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu jkollu l-għarfien tat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-pilastru tal-gazzetti li għandhom bżonn għajnuna għaliex qed jonqsu dejjem iktar in-nies li jaqraw u li jixtru l-gazzetti. Illum il-gazzetti biex jiġġieldu biex iżommu ħajjin, sostna Mifsud Bonnici li kompla li jeħtieġ politika nazzjonali biex il-gazzetti jkunu sostnuti.

Hu semma’ l-gazzetta Leħen is-Sewwa u qal li l-Ombudsman għamel rakkomandazzjoni biex din il-gazzetta tingħata għajnuna mill-fond ta’ €500,000 għall-gazzetti kif jingħataw gazzetti oħra. Jeħtieġ li l-gazzetti kollha jingħataw l-għajnuna, sostna Carm Mifsud Bonnici, li appella biex dan il-fond jissaħħaħ għall-futur demokratiku fil-pajjiż anzi fil-kunċett kulturali. Hu tkellem kontra l-fake news u qal li dan hu essenzjali fil-kunċett tad-demokrazija. Jeħtieġ li jkun hemm iktar persuni li jgħażlu l-ġurnaliżmu bħala karriera.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kultura tal-qari fil-pajjiż qed tmur lura u appella biex il-gvern iżid l-investiment fix-xiri tal-kotba għal-librerija f’Malta.