Lokali Parlament

Jeħtieġ miżuri li jagħtu iktar flessibbiltà lill-familji

Ryan Callus, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus sostna fil-Parlament li fil-pajjiż jeħtieġ miżuri li jagħtu iktar flessibbiltà lill-familji.

Ryan Callus tkellem dwar id-djalogu soċjali u qal li jeħtieġ miżuri drastiċi u b’saħħithom mhux biss finanzjarja iżda li jagħtu iktar flessibbiltà. Hu kompla li l-Gvern għandu jikkunsidra l-proposti tal-PN bħal dik li ħadem fuqha l-MEP David Casa dwar il-work life balance. Sentejn din ġabet opportunità tad-deheb iżda l-Gvern implimenta biss il-minimu tal-proposti.

Il-Gvern għandu jkun preokkupat għax Malta għandha l-inqas rata ta’ twelid fl-Ewropa u żied li l-PN kien insista li l-leave minumu tal-paternità jkun ta’ 15-il ġurnata iżda l-Gvern dak iż-żmien m’aċċettax. Il-Gvern qed jibqa’ jwebbes rasu quddiem il-proposti tal-PN għalkemm issa l-Gvern qed jibda d-diskussjonijiet biex jimplimenta wħud mill-proposti tal-PN. Proposti nazzjonali bħal dawn kienu jimmeritaw ħafna iktar importanza.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN jemmen ukoll li għandu jiżdied il-leave tal-maternità għaliex dan jgħin lill-ġenituri li jkollhom iktar tfal. Hu qal li l-familji għandhom jagħżlu huma min jieħu l-leave tal-paternità.

Il-proposta taċ-Child Trust Fund hi proposta ferm pożittiv għaliex hi l-isbaħ prinċipju u kunċett għaliex dan l-investiment li jaħmel il-Gvern fl-ammont ta’ €28 miljun kull sena. Dan l-investiment għal 20 sena se jintuża biex kull wild ikollu l-ammont li jkompli jiżdied.