Fi Grupp C, kollox kien jindika li d-Danimarka kkwalifkaw awtomatikament għat-Tazza tad-Dinja, madankollu l-Iskoċċiżi wrew id-determinazzjoni u l-grinta kbira tagħhom biex sabu żewġ gowls fil-ħin addizzjonali u kkwalifikaw awtomatikament fl-ewwel post bir-rebħa finali tkun 4-2. Id-Danimarka għada fiċ-ċans li tikkwalifika hekk kif għaddew għall-fażi li jmiss ta’ kwalifikazzjoni.
Żewġ plejers ta’ Napoli skorjaw f’din il-partita, bl-ewwel jibda’ l-istilla tat-tim Scott McTominay li fetaħ l-iskor wara biss 4 minuti logħob mill-assist tal-eks Liverpool Doak.
Fis-57 minuta jirrispondi sieħbu tal-istess tim Rasmus Hojlund hekk kif ikkonverta l-penalty mogħti lilu.
Rasmus Kristensen intwera t-tieni karta tal-partita fit-62 minuta. Kristensen se jkun qiegħed jitlef mill-inqas l-ewwel partita mill-fażi tal-grupp tat-Tazza tad-Dinja 2026, f’każ li jiġi mgħajjat mal-iskwadra Daniża u f’każ li d-Daniżi jgħaddu. Lawrence Shankland ħaseb li kiseb miraklu għall-pajjiżu fid-79 minuta hekk kif ta l-vantaġġ momentarju lis-Skoċċiżi, pero huma ma rnexxielhomx jieħdu vantaġġ mill-vantaġġ numeriku u soffrew gowl tlett minuti wara skorjat minn Patrick Dorgu ta’ Manchester United.
Pero l-Iskoċċiżi baqgħu jissieltu u sabu x-xibka darbtejn fil-ħin addizjonali. Id-difensur laterali Kieran Tierney jiskorja l-gowl li jagħti l-vantaġġ lis-Skoċċiżi fid-93 minuta, biex żewġ minuti wara Kenny McLean jikkonferma għal kollox il-kwalifikazzjoni storika.
Belarus u Greċja temmew fi draw ta’ bla gowls fi Grupp C.
L-Iżvizzera rebħet Grupp B b’total ta’ 14-il punt wara sitt partiti, fejn saħansitra ma tilfux partita waħda, hek kif kisbu erba’ rebħiet u żewġ draws. Din il-konferma waslet wara id-draw li kisbu kontra l-Kosovo bl-iskor ta’ 1-1, bl-ewwel gowl jasal fis-47 minuta minn Ruben Vargas, mis-suġġeriment ta’ Sow. Musilja jagħmel l-iskor indaqs fl-74 minuta.
Intant, l-avversarji tagħhom, il-Kosovo jispiċċaw fit-tieni post u jżommu t-tama’ li jikkwalifikaw għall-ewwel Tazza tad-Dinja fl-istorja tagħhom. Huma rebħu tlett partiti, temmew fi draw darbtejn u tilfu partita waħda biex akkumulaw 11 punti.
Grupp B ikun grupp pjuttost diffiċli hekk kif fit-tielet post temmew is-Slovenja, segwiti mill-Iżvezja fir-raba’ post li rnexxielhom jiksbu żewġ punti biss minn sitt partiti.
Il-partita rrelevanti għall-kwalifikazzjoni bejn Slovenja u Żvezja ntemmet bl-iskor ta’ 1-1, gowl ta’ Slovenja skorjaw minn Elsnik fil-65 minuta, filwaqt li Lundgren jillivela fit-88 minuta.
Fi Grupp E, partita kumbattuta bejn Spanja u Turkija hekk kif l-Ispanjoli jikkonfermaw posthom fl-ewwel post wara d-draw ta’ 2-2 kontra t-Torok. It-Turkija kellhom jiilagħbu mingħajr l-istillel Arda Guler u Kenan Yildiz, fattur li setgħa jħalli riżultat differenti kiku ma kienx il-każ. Spanja jiskorjaw kmieni fl-ewwel taqsima permezz ta’ Dani Olmo, madankollu Gul jirrispondi lejn it-tmiem tal-istess taqsima, u t-Torok saħansitra fil-vantaġġ wara 55 minuta logħob din id-darba bis-saħħa ta’ Ozcan. Mikel Oyarzabal ikompli jimpressjona man-Nazzjonali meta jagħmel l-iskor indaqs 7 minuti wara.
Riżultat storiku li ma jfisser xejn għall-kwalifikazzjoni, pero Bulgarija kisbu l-ewwel u l-unika tlett punti fil-fażi meta għelbu lil Georga 2-1. Gowls għall-Bulgarija ta’ Rusev u Krastev, filwaqt li Lochosvilli jillivela fit-88 minuta.
Fi Grupp H, Bosna u Ħerzegovina imċaħħda mill-kwalifikazzjoni diretta u se jkollhom jilagħbu fil-fażi li ġejja hekk kif temmew fi draw ta’ 1-1 kontra l-Awstrija, li minn naħa l-oħra spiċċat l-ewwel b’19-il punt wara 8 logħbiet, żewġ punti iżjed mill-Bosnja. Bosnja ħadu l-vantaġġ minn Tabakovic, Awstrija jillivelaw permezz ta’ Gregoritsch.
Tlett partiti raw it-tim ospitatnti jiskorjaw 7 gowls. Fl-istess grupp H, Rumanija għelbu lil San Marino 7-1. Pożittiv li San Marino rnexxielhom it-tieni gowl fil-kwalifikazzjoni u saħansitra kienu huma li fetħu l-iskor l-ewwel minn Giacopetti.
Madankollu, malli r-Rumanija rrispondew bil-gowl tad-draw mill-auto gowl ta’ Rossi, ma waqfux jiskorjaw. Iżjed gowls waslu minn Baiaram, Man, aut-gowl ieħor din id-darba ta’ Valentini, Hagi, Ratiu u Munteanu.
Il-Belġju ukoll rebħu b’skor ta’ 7 gowls, pero rnexxielhoom ukoll iżommu clean sheet kontra Liechtenstein li spiċċaw il-fażi ta’ kwalifikazzjoni mingħajr ma skorjaw gowl wieħed. L-iskorers huma Vanaken, Doku li skorja tnejn, Mechele, Saelemaekers u De Ketelare ukoll skorja tnejn.
Wales ħasdu lil ħafna meta ukoll għelbu lil Maċedonja ta’ Fuq 7-1, tim li ftit ta’ snin ilu għeleb lill-Italja biex ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja minnflokhom. Harry Wiilson u David Brooks jiftġu l-iskor qabel Miovski jnaqqsu. Gowls oħra jaslu minn Brennan Johnson, David James, dopjetta ta’ Wilson li għaqqad tripletta u Broadhead.
//= $special ?>

