Lokali

Mara ttieħdet l-Isptar wara li kienet involuta f’inċident f’Birkirkara

Sewwieqa tal-mutur kellha ttieħed l-Isptar wara li kienet involuta f’ħabta bejn karozza u mutur.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq in-Naxxar, Brikirkara.

Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuqa minn mara Taljana ta’ 59 sena residenti l-Iklin, filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Birkirkara.

Skont kelliema tal-Pulizija, is-sewwieqa tal-karozza ġarbet ġrieħi żgħar, waqt li l-kundizzjoni tas-sewwieqa tal-mutur għadha pendenti.

Għaldaqstant, il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.