Fis-Centenary Stadium : Grupp F
Kwalifikazzjoni Kampjonat UEFA Taħt il-21 sena:
Malta 0 Latija 1
Riżultat ieħor negattiv għat-tim Malti bil-ħames telfa konsekuttiva mnin daqstant partiti u wisq aktar li t-tim Malti mmexxi minn Davide Mazzotta ma skorja ebda gowl fil-kompetizzjoni. B’din ir-rebħa Latvia kisbet ukoll l-ewwel tliet punti fil-grupp.
Wara li fl-24 minuta Karl Sargent salva tajjeb xutt ta’ Lizunovs minuta wara tentattiv ta’ Shaisen Attard għadda ftit barra. Fit-38 minuta tentattiv ta’ Lizunovs salvat minn Karl Sargent bl-iskor jibqa’ 0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fis-56 minuta, ċans għal Malta minn azzjoni ta’ Jake Azzopardi lejn Joshua Pitts li ra x-xutt fil-baxx tiegħu salvat minn Parfjonovs. Latvja skorjaw il-gowl deċiżiv mas-siegħa logħob meta wara azzjoni ta’ corner, kien Kevins Cesnieks li għeleb lil Sargent.
Fit-83 minuta, tkeċċa għal Malta Benjamin Hili b’karta ħamra diretta.
Skor finali : Malta 0 Latvja 1
Referee : Mehmet Turkmen – Turkija
//= $special ?>

