Budget 2026 Ekonomija Lokali

Wara l-aqwa Budget, ir-rata tal-għoli tal-ħajja kompliet tiżdied

FʼOttubru, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-Indiċi tal-Prezzijiet kienet taʼ 2.5 fil-mija – żieda mit-2.4 fil-mija taʼ Settembru 2025.

Ir-rata medja annwali fuq tnax-il xahar għal Ottubru 2025 kienet taʼ 2.3 fil-mija.

L-ogħla kontribuzzjoni għar-rata annwali tal-inflazzjoni kienet imkejla fl-Indiċi tar-Ristoranti u Lukandi, l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi. It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet għall-inflazzjoni annwali kienu nnotati fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.57 punti perċentwali) u fl-Indiċi tat-Trasport (+0.38 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-laħam u tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, rispettivament.

Din iż-żieda fil-prezzijiet tfisser daqqa oħra fuq il-konsumaturi, li qed ikomplu jaraw il-paga tagħhom titnaqqar xahar wara l-ieħor.