Is-seba’ edizzjoni tal-Malta International Christmas Choir Festival se tkun organizzata mill-gdid minn Leon Promotions Malta flimkien ma’ Euro Art Production Italja, b’kollaborazzjoni mar-Regjun Nofsinhar.
Rekord ta’ 30 kor ser ikunu qegħdin jipparteċipaw f’9 kunċerti differenti, li ser ikunu qegħdin isiru f’diversi knejjes li jinsabu fir-Regjun Nofsinhar, bejn il-Ġimgħa 5 u l-Ħadd 7 ta’ Diċembr. Dawn il-korijiet ser ikunu qed iferrħu lill-pubbliku li jattendi, b’għanjiet tal-Milied tal-pajjizi rispettivi tagħhom, kif ukoll għanjiet popolari tal-Milied.
Il-korijiet li ser jieħdu sehem fil-Malta International Christmas Choir Festival 2025 ġejjin mil-Litwanja, Spanja, l-Italja, il-Polonja, il-Kroazia, is-Serbja, l-Estonja, ir-Repubblika Ċeka, il-Portugal, ir-Rumanija, il-Finlandja u ovvjament minn Malta.

Dan il-Festival Internazzjonali ser ikun qed isir f’dawn il-knejjes:
Il-Ġimgħa 5 ta’ Dicembru – L-ewwel Jum tal-Festival
Knisja Parrokjali San Gejtanu, il-Ħamrun – 7.00 p.m.
Knisja Parrokjali Trinita Mqaddsa, il-Marsa – 7.00 p.m
Knisja Parrokjali Sant Andrija, Ħal Luqa – 7.00 p.m
Knisja Arcipretali Maria Assunta, il-Gudja – 7.15 p.m
Is-Sibt 6 ta’ Diċembru – It-tieni Jum tal-Festival
Knisja Parrokkjali Maria Assunta, Ħal Għaxaq – 7.15 p.m.
Knisja Parrokkjali Santa Venera, Santa Venera – 7.45 p.m.
Knisja Parrokjali San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa – 7.45 p.m.
Knisja Parrokjali San Piju X, Santa Luċija – 7.45 p.m.
Il-Ħadd 7 ta’ Diċembru – Is-Serata Finali tal-Festival
Knisja Arċipretali Santa Katarina, iż-Żejtun – 6.00 p.m.
Serata finali spettakolari bis-sehem ta’ 21 kor. Serata li fiha jsiru wkoll il-preżentazzjonijiet u li ser tkun imxandra Live fuq Youtube u fuq il-paġna facebook tal-Festival.
Lisa Spiteri, Jean Claude Gatt, Brian Bonnici, Etienne Schembri u Debbie Scerri ser ikunu l-preżentaturi ta’ dawn is-serati kollha msemmija.
Id-dħul għal kunċerti kollha tal-Malta International Christmas Choir Festival 2025 huwa bla ħlas.
//= $special ?>

