L- Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat flimkien mal-Grupp Kitarri tal-Għaqda Talent Dingli se jorganizzaw kunċert mużikali tal-Milied nhar il-Ħamis 11 ta’ Diċembru 2025, fis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat, ir-Rabat, fis-7pm.
Dan il-kunċert ser ikun mument ta’ riflessjoni, mużika u ferħ, li jgħaqqad flimkien il-melodiji tradizzjonali tal-Milied u biċċiet mużikali apposta għall-okkażjoni. Il-Grupp Kitarri tal-Għaqda Talent Dingli se joffri programm mużikali speċjali li joħolqu atmosfera serja, reliġjuża u ta’ festi.
L-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tappella lill-pubbliku sabiex jattendi għal dan il-mument sabiħ ta’ mużika u spiritwalità, imma fuq kollox biex flimkien niċċelebraw il-ferħ tat-twelid tal-Feddej.
Kulħadd huwa mistieden. Id-dħul huwa b’xejn.
//= $special ?>

