Lokali Parlament Transport

Aktar barranin minn Maltin b’liċenzja tas-sewqan din is-sena

Il-barranin li ġabu l-liċenzja tas-sewqan din is-sena sa issa, sal-aħħar ta’ Ottubru, huma aktar mill-Maltin. Jirriżulta li t-total ta’ persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan fil-kategoriji kollha kien jammonta għal 6,852 li minnhom 3,373 kienu Maltin u 3,479 kienu barranin.

Minn ċifri li ngħataw fil-Parlament jirriżulta li s-sena l-oħra kienu b’kollox 8,953 li ġabu l-liċenzja tas-sewqan, li minhom kien hemm 3,888 Maltin u aktar minn 5.000 persuni barranin. Fl-2023 kien hemm kważi l-istess ammont ta’ ħruġ ta’ liċenzji tas-sewqan lill-Maltin u lill-barranin għalkemm lill-barranin ukoll kien hemm iżjed. Fis-sena 2022 kien hemm aktar min 4,400 li kienu Maltin u aktar minn 3,100 barranin filwaqt, li fis-sena ta’ qabel, fl-2021, kiem hemm b’kollox aktar minn 9,500 li ġabu l-liċenzja li fosthom kien hemm aktar minn 6,100 tal-Maltin.

B’kollox, f’dawn l-aħħar snin mill-2021 sal-lum inħargu aktar minn 41,100 liċenzja tas-sewqan.

L-informazzjoni ngħatat minn Chris Bonett, Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi; meta kien qed jirrispondi bil-miktub mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello.