Sport

Dominju minn Sliema u Exiles

Exiles Wellbee’s 19   Ta’ Xbiex Amigos   5

Rebħa li mmaturat sa tmiem it-tieni sessjoni wara li Exiles fetħu vantaġġ ta’ 8 – 2 wara li rebħu l-ewwel sessjoni 6 – 1 b’Ta’ Xbiex iżommu skor ristrett fit-tieni li ntemmet 2 – 1 iżda eventwalment Exiles iddominaw is-sessjonijiet ta’ wara 6 – 2 u 5 – 1 . L-aħjar scorer għal Exiles kien Kurt Griscti b’5 gowls. Matteo Martellacci skorja tlieta. Pace Lupi, Mark Fenechg , Kyle Navarro , Nathan Bonavia u Marx Paris Rhoding skorjaw gowl kull wieħed.

Għal Ta’ Xbiex skorja żewġ gowls Julian Farrugia u gowl kull wieħed minn Raoul Greco, Jack Zammit u Caiden Busuttil.

Sliema Frank Salt 27   Valletta Peak Insurance   7

Dominju assolut minn Sliema li b’distakk ta’ 20 gowl rebħu s-sessjonijiet kollha 7 – 0 ; 8 – 1 ; 5 – 3 u 7 – 3 biex għalqu l-partita mill-cross overs 27 – 7

L-aħħar scorers għal Sliema kienu Jayden Cassar u Giancarlo Gatt b’ 4 gowls kull wieħed filwaqt li Matthew Soler, Philip Tabone, Benju Cachia, Daniel Rizzo u Sam Engerer skorjaw tlett darbiet kull wieħed. Seb Busuttil, Elijah Schembri, Julian Chircop u Dino Zammit b’gowl kull wieħed.

L-aħjar scorer għal Valletta kien Ken Erdogan b’5 gowls filwaqt li Kieyan Borg u Kyle Cremona b’gowl kull wieħed.

Referees tal-partita kienu Alex DeRaffaele u Attilio Paoletti.