Milied fil-Pjazza saret festa tradizzjonali fil-Pjazza ta’ Birżebbuġa li biha jiftħu x-xahar tal-Milied. Attivita’ organizzata mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa; tgħaqqad lir-raħal u tilqa’ ukoll lil tal-madwar. Din is-sena Milied fil-Pjazza ser tkun fit-28, 29 u 30 ta’ Novembru.
Din l-attivita’ komunitarja tkun imżewqa bi programm għal kulħadd. Il-pjazza tinbidel f’villaġġ tal-Milied fejn fiha ssibu bankarelli b’xogħol artiġjanali, ikel, ħelu u xorb tradizzjonali tal-Milied. Fil-pjazza ser ikun hemm wirja ta’ presepji u bambini u attivitajiet organizzati għat-tfal u żgħażagħ fosthom xogħol ta’ pasturi.
Serati ta’ kant, żfin u talenti oħra ser isebbħu l-iljieli. Il-Ħadd filgħodu titkompla din l-attivita’ b’mixja mar-raħal u wara ser issir quddies għall-familji u t-tfal.
L-għeluq ta’ Milied fil-Pjazza ikun l-Ħadd fit-8pm. Il-volontarjat huwa l-prinċipju u l-bażi ta’ dawn il-ġranet u għalhekk din l-attivita’ ma kinitx tkun possibli mingħajr l-għajnuna ta’ ħafna voluntiera.
Għal iżjed informazzjoni dwar l-attivita’ idħlu fil-paġna ‘Milied fil-Pjazza’.



