Sport Waterpolo

Enemed Cup: Sliema kontra San Ġiljan mal-aħħar erbgħa

Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT…………….27

VALLETTA PEAK INSURANCE….7

(7-0), (8-1), (5-3), (7-3)

Sliema Frank Salt għamlu dak mistenni minnhom u għelbu faċilment lil Valletta Peak Insurance. B’din ir-rebħa huma għaddew għas-semifinali u s-Sibt li ġej jaffrontaw lil San Ġiljan. Valletta jilagħbu kontra Birżebbuġa għal min se jispiċċa fil-ħames jew is-sitt post, f’dak li se jkun it-tieni konfront bejniethom f’din l-edizzjoni.

Is-Slimiżi fetħu l-iskor minn Benji Cachia fl-ewwel azzjoni tal-logħba u minn hemm qatt ma kienu f’diffikultà. Huma sabu x-xibka perjodikament u temmew l-ewwel sessjoni 7-0. Dan id-distakk indirizza l-logħba hekk kif Sliema baqgħu kostanti fil-logħob tagħhom filwaqt li Valletta qatt ma kellhom reazzjoni bl-ewwel gowl tagħhom jasal biss wara sessjoni u nofs u wara li kienu 11-il gowl minn taħt.

Il-logħba daret aktar f’partita ta’ ħbiberija. Valletta bdew jippruvaw jużaw il-pussess u kkalmaw ftit il-ħsara li għamlu l-avversarji tagħhom. Madankollu Sliema baqgħu xorta jkabbru l-vantaġġ fosthom doppjetta ta’ Sam Engerer. Fl-aħħar sessjoni, tripletta taż-żgħażagħ Giancarlo Gatt, Philip Tabone u Jayden Cassar komplew ikabbru l-marġni tar-rebħa.

Sliema: B. Busuttil, S. Busuttil (1), M. Soler (3), P. Tabone (3), J. Cassar (4), B. Cachia (3), G. Gatt (4), D. Rizzo (3), E. Schembri (1), J. Cachia, J. Chircop (1), D. Zammit (1), Z. Dzanovic, S. Engerer (3)

Valletta: A. Bugeja, V. Figliomeni, M. Carani, J. Sciberras, J. Colombo, A. Formosa, M. Zammit, K. Borg (1), K. Erdogan (5), K. Cremona (1), A. Aquilina, J. Cauchi

Referees: Alex de Raffaele, Attilio Paoletti

EXILES WELBEE’S…………..19

TA’ XBIEX AMIGOS…………5

(6-1), (2-1), (6-2), (5-1)

Exiles Welbee’s se jilagħbu kontra Marsaskala għas-seba’ u t-tmien post hekk kif huma wkoll kisbu rebħa faċli fuq Ta’ Xbiex Amigos. Tripletta tal-captain Kurt Griscti fl-ewwel parti tal-ewwel sessjoni wittiet it-triq għar-rebħa ta’ Exiles. Il-vantaġġ kiber għal 6-0 sakemm Julian Farrugia naqqas id-distakk lejn tmiem is-sessjoni.

Exiles setgħu jikkontrollaw il-logħba iżda Ta’ Xbiex fallew diversi okkażjonijiet ta’ superjorità numerika u baqgħu distakkati minn mal-avversarji. Exiles baqgħu jkabbru l-vantaġġ gradwalment fit-tielet sessjoni u neħħew kull dubju mir-rebħa b’sitt gowls oħra li wessgħu d-distakk għal 14-4. Iż-żagħżugħ Michael Naudi spikka b’doppjetta. Exiles żammew l-istess rendiment fl-aħħar sessjoni wkoll b’ħames gowls li waslu minn ħames plejers differenti.

Exiles: A. Borg Cole, G. Schembri (2), D. Pace Lupi (1), M. Martellacci (3), M. Naudi (2), M. Fenech (1), K. Griscti (5), F. Scardino, T. Agius (2), K. Navarro (1), N. Bonavia (1), M. Brimmer, M. Paris Roding (1)

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia (2), J. Darmanin, J. Dimech, Z. Campbell, G. Borg, R. Greco (1), N. Mallia Castillo, J. Zammit (1), J. Culic, Z. Bartolo, C. Busuttil (1), Z. Attard, I. Cuschieri

Referees: Ronnie Spiteri, Mattia Gomez