“Gvern ġdid Nazzjonalista jżomm is-sussidju fuq l-enerġija u se jinvesti f’enerġija rinnovabbli”.
Dan iddikjarah il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg fil-Parlament, waqt li l-Erbgħa kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-estimi tal-Budget fejn spjega kif Gvern ġdid Nazzjonalista ma jwaqqafx is-sussidji fuq l-enerġija.
Din hi waħda mid-diversi proposti li qed iressaq Alex Borg għall-ġid tal-familji, tal-ħaddiema, taż-żgħażagħ u tal-pensjonanti.
Apparti s-sussidju fuq l-enerġija, Alex Borg semma’ l-wegħda li qed jagħmel li jinbnew vapuri ġodda u titjib fil-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer, il-ftuħ ta’ skejjel vokazzjonali u tas-snajja, bini ta’ Sptar ġdid f’Għawdex, sptar ġdid f’Malta, u investiment massiċċ fl-edukazzjoni.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qed jisħaq fuq għixien ta’ kwalità għall-poplu Malti u Għawdxi kollu – b’mod speċjali fejn tidħol is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent u l-ħajja inġenerali – tant li wiegħed li taħt gvern ġdid Nazzjonalista, verament ikollna kwalità ta’ ħajja aħjar.
//= $special ?>
