Sport Sport Ieħor

Iċ-champion renjanti tas-snooker lokali, Brian Cini se jilgħab fil-kwalifikazzjoni tal-UK Championship

Iċ-champions kurrenti tas-snooker lokali, Brian Cini se jkun wieħed mis-sittax il-plejer amatuer li se jieħu sehem fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UK Championship wara li fr Frar li għadda temm bħala finalist fil-Kampjonat Dinji tas-Snooker tal-Amateurs li kienu sar f’Saida l-Marokk.

Dan il-kampjonat huwa kkunsidrat bħala t-tieni l-akbar kampjonat fid-dinja wara l-Kampjonat Dinji.

Il-fażi ta’ kwalifikazzjoni li ser jieħu sehem fiha Cini ser issir f’Robin Park Leisure Centre f’Wigan u tibda s-Sibt 22 ta’ Novembru u tintemm il-Ħamis 27 ta’ Novembru. Minn 128 plejer li ser jieħdu sehem f’din il-fażi l-aħħar sittax jikkwalifikaw għall-istadju ewlieni tal-UK Championship biex jingħaqdu mal-lista tal-aqwa 16-il plejer professjonali tas-snooker fil-mument li huma magħżula biex ikunu l-finalisti ta’ din l-edizzjoni.
Cini, fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni ser jilagħab kontra l-plejer ta’ 24 sena minn Wales, Dylan Emery li beda l-karriera professjonali tiegħu fil-World Snooker Tour tal- istagun 2002/23 u bħalissa jinsab fil-91 post fir-rankings tad-dinja tal-plejers professjonali.

Din il-logħba tintlagħab is-Sibt fl-10.30am (ħin lokali) u r-rebbieħ jiltaqa’ fit-tieni rawnd mac-Ċiniż, Chang Bingyu. Il-logħob kollhu tal-UK Championship, ħlief għal finali ewlenija, jsir fuq l-aħjar minn 11-il frame.

Jumejn wara l-fażi ta’ kwalifikazzjoni tibda l-fażi finali tal-UK Championship li ser tintlagħab bejn is-Sibt 29 ta’ Novembru u l-Ħadd 7 ta’ Diċembru u bħall-aħħar snin issir f’Barbican Centre f’York.