L-istudenti tal-Universita qed ikomplu jiccelebraw il-gradwazzjoni taghhom. Dan hekk kif il-Ħamis, kien imiss l-istudenti tal-kriminoloġija li jiċċelebraw is-suċċess akkademiku tagħhom.
Dawn iż-żgħażagħ żaru d-Dar Centrali tal-PN, fejn intlaqgħu mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello.
Din is-sena qed jiggradwaw b’kollox 1,718-il student mill-Università ta’ Malta; numru li fi kliem l-Università stess qed ikompli jikkonferma x-xogħol kbir li jsir minn din l-ogħla istituzzjoni edukattiva f’pajjiżna.
B’kollox, kienu 657 l-irġiel li gradwaw, filwaqt li kien hemm 1,057 mara.
257 minn dawn l-istudenti gradwaw mill-Fakultà tal-Ekonomija u l-Accounts, 193 mill-Fakulta tal-Arti, 186 fix-Xjenza u 169 mill-kors tal-liġi. Dan filwaqt li għexieren ta’ studenti oħra gradwaw mill-korsijiet l-oħrajn li toffri l-Università.
//= $special ?>
