Matul il-jum tal-Ħamis il-belt kapitali tħalliet għal sigħat sħaħ mingħajr ilma wara li nqalgħu ħsarat mhux mistennija fil-pressa tal-ilma. Kien għalhekk li kellu jsiru t-tiswijiet meħtieġa u jinqata’ l-provvista tal-ilma dak il-ħin stess.
Kollox jindika li għall-ħabta ta’ 11:45 ta’ filgħodu t-toroq kollha tal-Belt Valletta kienu mingħajr il-provvista tal-ilma bil-ħsarat bdew għall-ħabta tas-7:00 ta’ filgħodu.
Konsegwenza ta’ dawn il-ħsarat numru ta’ lokalitajiet oħra spiċċaw mingħajr il-provvista tal-ilma fosthom il-Mellieħa, Żurrieq u Qrendi. Il-provvista tal-ilma mistennija li tiġi lura bejn is-7:00 u t-8:00 ta’ filgħaxija fil-Mellieħa u ż-Żurrieq.
Intant, jidher li matul il-jum anke l-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, San Ġwann u s-Swieqi kienu mingħajr il-provvista iżda x-xogħol ta’ manutenzjoni kien pjanat minn qabel.
//= $special ?>

