L-Uffiċċju Meteoroloġiku fir-Renju Unit ħareġ numru ta’ twissijiet f’diversi zoni minħabba l-possibbiltà ta’ kundizzjonijiet ta’ borra u silġ b’riħ qawwi.
F’żoni bħall-Yorkshire Wolds, jistgħu jakkumulaw sa 25cm ta’ borra. It-temperaturi mistennija jinżlu sa -12C fl-Iskozja. Dan wassal biex l-UK Health Security Agency toħroġ twissijiet dwar riskji akbar għas-saħħa, speċjalment għall-anzjani.
Il-kundizzjonijiet perikolużi fuq toroq li m’mhumiex ittrattati għal dawn il-kundizzjonijiet, wasslu għal tfixkil qawwi fit-trasport. Bosta toroq jingħalqu minħabba vetturi li nqabdu taħt il-borra u l-passiġġieri tal-ferroviji ġew avżati li jistgħu jseħħ dewmien jew anke kanċellazzjonijiet tat-trasport.
Madanakollu huwa mistenni li sat-tmien il-ġimgħa t-temp jeqleb għal wieħed ħafif b’temperaturi lura lejn il-medja staġjonali.
//= $special ?>

