Christian Micallef jidħol f’dettall dwar l-isfond tas-suċċess miksub mill-Curaçao, pajjiż b’popolazzjoni b’erba’ darbiet inqas minn Malta u li kkwallifika għall-ewwel darba għat-Tazza tad-Dinja
L-edizzjoni tas-sena d-dieħla tat-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Kanada, il-Messiku u l-Istati Uniti, se tkun waħda speċjali u partikolarti primarjament għal żewħ raġunijiet. Din se tkun l-ewwel edizzjoni fl-istorja li se tkun qed tiġi organizzata minn tliet pajjiżi f’daqqa.
It-tieni nett, għall-ewwel darba, il-pajjiżi finalisti se jkun ta’ 48 tim nazzjonali, li jirrapreżentaw kull parti tad-dinja. Dan il-fatt waħdu jfisser li fost il-pajjiżi finalisti, se jkollok timijiet li qatt qabel ma lagħbu f’edizzjoni ta’ din l-akbar kompetizzjoni tad-dinja, jew saħansitra ħolmu li jikkwalifikaw.
L-akbar eżempju għal dan hi l-kwalifikazzjoni storika tal-Curaçao; gżira fil-baħar Karibew, li tinsab madwar 37 mil fit-tramuntana tal-kosta tal-Venezwela. Dan il-pajjiż kiseb l-indipendenza tiegħu nhar it-8 t’Ottubru 2010, bid-differenza pero li fejn jidħlu deċiżjonijiet fejn jidħlu affarijiet interni, il-Curaçao, li għandu popolazzjoni ta’ madwar 150,000 persuna, ir-responsabiltá hija tal-Gvern elett mill-poplu tal-pajjiż, tant li għandhom Prim Ministru, iżda fejn tidħol politika ta’ difiż, relazzjonijiet ma’ pajjiżi barranin u kwistjonijiet simili, ir-responsabiltá hija fdata f’idejn il-Gvern tal-Olanda.

Il-partitarji ta’ Curaçao ssegwu fuq big screen il-logħba deċiżiva kontra l-Ġamajka
Storikament, għal ħafna snin, il-Curaçao kienet kolonja Olandiża. Iżda filwaqt li l-Curaçao llum il-ġurnata għandha awtonomija kbira fis-sistema governattiva tagħha, ir-rabta tagħha mal-Olanda kienet, għadha u probabilment tibqa’ minħabba l-istorja tagħha. Snin ta’ influwenzi Olandiżi rriżultaw f’taħlita ta’ żewġ kulturi li għal dejjem se jibqgħu konnessi ma’ xulxin.
Għaljfen qed ngħid dan kollu? U x’importanza u relevanza dan kollu għandu mas-suċċess tat-tim nazzjonali tal-Curaçao, li sbieħ it-Tlieta, irnexxilu jikteb l-istorja tal-futbol dinji, bl-ewwel kwalifikazzjoni tagħhom f’edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja?
Dan id-dettall hu sinifikanti biex wieħed jifhem l-għeruq tas-suċċess ta’ dan it-tim nazzjonali li ġej mill-Karibew. Il-Curaçao sar l-iżgħar pajjiż li qatt ikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja, b’popolazzjoni li meta titqabbel ma’ dik ta’ Malta, pajjiżna għandu ammont li hu kważi erba’ darbiet ikbar minn ta’ da nil-pajjiż.
Madankollu, billi Malta għandha popolazzjoni akbar minn ta’ dan il-pajjiż, ma jfissirx li ġeografikament, pajjiżna hu ikbar mill-Curaçao, anzi bil-kontra. Filwaqt li ż-żewġ pajjiżi huma meqjusa gżejjer, bħala art, il-Curaçao hu 41% akbar minn Malta. F’kliem aktar sempliċi, dan il-paragun jikkofnerma kemm Malta għandha popolazzjoni densa.
Issa ejjew ninsew l-istorja u l-ġeorgrafija ta’dan il-pajjiż, iżda nibqgħu nżommu f’moħħna l-infulwenza Olandiża fuq il-Curaçao. Fit-tim nazzjonali tal-Curaçao, plejer wieħed biss twieled fil-Curaçao, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-iskwadra twieldet fl-Olanda, inkluż il-ħdax-il plejer li bdew fl-aħħar logħba li waslet għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Olanda meta temmew fi draw deċiżiv kontra l-Ġamajka.
L-iskwadra hija mmexxija mill-kowċ rinomat Olandiż, Dick Advocaat. Bil-ħatra ta’ Advocaat bħala kowċ, u li llum għandu 78 sena, il-Federazzjoni tal-futbol tal- Curaçao tat bidu għal rivoluzzjoni sħiħa u bidla li sal-lum ħadd għadu ma jista’ jemmen. F’temp qassir Advocaat, biddel ħafna affarijiet u kompla jibni fuq pedament li kien diġa’ hemm, iżda kien kruċjali biex isolvi problemi li mal-wasla tiegħu kienu kbar.
Hu ħa t-tmexxija tal-iskwadra f’Jannar tal-2024, wara li ħadem biex kienu solvouti problemi finanzjajri fejn il-plejers tat-tim nazzjonali mal kienx qed jitħalsu. Appena solva din il-problema, Advocaat li sal-lum hu l-aktar kowċ anzjan li kiseb kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, dan beda jwitti t-triq għal kampanja storika ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja.
Għaxar snin qabel ma beda’ jmexxi bħala kowċ, il- Curaçao kienu fil-182 post fir-rankings tal-FIFA. Illum, 11-il sena wara, il-Curaçao jinsabu fit-82 posizzjoni ta’ din il-klassifika.
Ħafna mill-plejers ta’ Advocaat lagħbu ma’ timijiet Olandiżi ta’ gruppi ta’ età. Hemm ħafna esperjenza. Id-difensur Armando Obispo lagħab fiċ-Champions League għal PSV, kif ukoll l-attakkant Jürgen Locadia, li sewa lil Brighton £15m fl-2018 iżda attwalment huwa bla klabb wara li telaq lit-tim Spanjol tar-raba’ diviżjoni Intercity fis-sajf li għadda. Tlieta mill-iskwadra jilagħbu fil-Premier League Ingliż, inkluż l-eks midfielder ta’ Manchester United Tahith Chong, l-uniku membru tal-iskwadra mwieled fil-gżira, li mar jilgħab ma’ Sheffield United minn Luton f’Awwissu.
L-eks żgħażagħ ta’ Ajax Ar’jany Martha u Sontje Hansen jilagħbu ma’ Rotherham u Middlesbrough rispettivament, l-eks full-back ta’ PSV Joshua Brenet mar jilgħab ma’ Livingston f’Settembru, u Shurandy Sambo ta’ Burnley huwa misluf lil Sparta Rotterdam.
L-aħwa Bacuna, Leandro u Juninho, għandhom esperjenza fil-Premier League ma’ Aston Villa u Huddersfield rispettivament. Ir-rabtiet ma’ South Yorkshire ma jieqfux hemm għax Kenji Gorré, li lagħab 35 darba, mar jgħix l-Ingilterra meta missieru ngħaqad ma’ Huddersfield fl-1999. Iż-żgħir Gorré beda’ jitgħallem il-futbol ma’ Manchester United qabel ma kompla l-karriera tiegħu fil-Portugall, il-Qatar u issa Iżrael.
Għalkemm dawn il-plejers ma twieldux fil-Curaçao, kull plejer jew kważi għandu rabta mal-pajjiż, sforz l-istorja politika tal-Curaçao, li kienet kolonja Olandiża.
Hemm ħafna xi tgħid dwar dan is-suċċess tal-Curaçao, iżda li hu żgur hi ħaġa waħda; jekk kien hawn minn staġeb għax l-assoċċjazzjoni tal-futbol f’Malta ġabet numru limitat ta’ plejers li ma twieldux f’Malta, iżda għadhom għeruq Maltin u huma ta’ livell għax jilgħabu f’Kampjonati Ewropej bil-wisq aħjar minn dak Malti, x’missu jgħid fuq il- Curaçao?
Nifhem u naċċetta li din hija kwistjoni ta’ opinjoni u kull ħsieb hu suġġettiv.
//= $special ?>

