Kummerċ Lokali

Kuluri, enerġija u spirtu ta’ komunità fil-Colour My Run ta’ din is-sena

Il-BOV isaħħaħ l-impenn tiegħu lejn il-ġid tal-komunità

Il-Bank of Valletta ġedded l-appoġġ tiegħu lejn Colour My Run ta’ din is-sena, li għaqqad flimkien familji, kollegi u ħbieb għal nofstanhar mimli kuluri u enerġija. Fl-attività li saret nhar il-Ħadd 2 ta’ Novembru filgħodu, ħadu sehem mal-1,500 parteċipant fil-fun run ta’ 5km bejn Forti Manoel u l-Gżira.

Matul id-diskors tal-ftuħ, Kenneth Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-BOV, iffoka fuq il-benesseri, l-għaqda u l-pożittività li fuqhom kienet ibażata din l-attività. Waqt li esprima l-apprezzament tiegħu għall-kontribuzzjoni ta’ kull min għen biex din l-attività ssir, Farrugia qal: “Ir-rwol tagħna jirrifletti l-impenn li ninvestu fil-benesseri u l-għarfien tal-komunitajiet tagħna. Colour My Run tatna pjattaforma ideali biex nappoġġjaw nofstanhar iddedikat għas-saħħa u l-ferħ, filwaqt li introduċejna wkoll il-BOV Astro Saver u l-ħidma tagħna fl-edukazzjoni finanzjarja. Nibqgħu impenjati li nagħtu lill-familji l-għodod li jeħtieġu biex jirnexxu.”

“Aħna grati lejn il-parteċipanti kollha li għażlu li jqattgħu l-Ħadd filgħodu magħna f’dan il-post mill-isbaħ li hu Forti Manoel. Nittamaw li t-tim tagħna rnexxielu jxerred ftit kulur u kuntentizza, anki jekk għal ftit mumenti biss. Is-saħħa mentali hija valur ewlieni li nemmnu li jissaħħaħ permezz ta’ stil ta’ ħajja san, ferħ u laqgħat soċjali. Dan huwa dak li jixpruna l-impenn tagħna biex norganizzaw dawn l-avvenimenti. Inrodd ħajr ukoll lill-isponsors, l-awtoritajiet u l-imsieħba kollha tagħna għall-appoġġ kontinwu u entużjażmu tagħhom!” tenna Nathan Farrugia.

Sessjoni ta’ warmup serviet biex tqajjem l-atmosfera qabel it-tluq. Ir-rotta ta’ 5km offriet veduti mill-isbaħ u ħafna mumenti ferrieħa, permezz ta’ kuluri, mużika u voluntiera li għamlu l-almu tagħhom biex joħolqu atmosfera ferrieħa u jimmotivaw lill-parteċipanti ta’ kull età.

Wieħed mill-aqwa mumenti tal-attività  kienet l-aħbar dwar ir-riżultat tal-kompetizzjoni SkolaSajf, li wasslet biex il-Bank of Valletta nieda uffiċjalment il-maskot il-ġdid tiegħu għal-litteriżmu finanzjarju, BOV Astro Saver. Matul is-sajf, il-kompetizzjoni stiednet lit-tfal joħolqu maskot li  jgħin lil tfal oħra jifhmu kunċetti finanzjarji bażiċi b’mod sempliċi, divertenti u viżiv. Id-disinn rebbieħ kien dak ta’ Lucas Mamo ta’ 9 snin mill-iskola Primarja tal-Birgu, li ngħata voucher One4All ta’ €100.  BOV Astro Saver, iddisinjat minn Luca, issa jagħmel parti mill-kampanja Smart Savers tal-Bank, li għandha l-għan li tappoġġja lil tfal u adolexxenti fit-tagħlim dwar l-importanza li jfaddlu u jippjanaw il-budget tagħhom.

It-tfal u l-familji kellhom opportunità jieħdu ritratti mal-figura ta’ Astro Saver. It-tim tal-BOV ġabar u pprintja r-ritratti minnufih fuq il-post, bħala tifkira żgħira ta’ jum mimli kulur.

Il-BOV organizza diversi attivitajiet u punti ta’ kuntatt matul l-attività. Fost l-aktar popolari kien ħajt ta’ ritratti  3m b’3m mimli kuluri. Membri mit-tim tal-BOV ħadu ħsieb il-kwizz Spot the Scam, li għen biex jiżdied l-għarfien dwar il-frodi online u s-sigurtà diġitali. L-ewwel tliet parteċipanti li wieġbu b’mod korrett irċevew vouchers One4All ta’ €60, mogħtija fuq il-post. Kien hemm ukoll kompetizzjoni tal-QR code, fejn il-parteċipanti skennjaw il-flokkijiet tat-Tim Diġitali bil-għan li jidħlu f’lotterija online biċ-ċans li jirbħu MacBooks.

Dawn l-attivitajiet għaqqdu flimkien id-divertiment, it-tagħlim u l-involviment soċjali, u saħħew aktar l-impenn tal-Bank biex jagħti s-setgħa lill-komunità kemm permezz tal-litteriżmu finanzjarju, kif ukoll tal-għarfien diġitali.

Filwaqt li rrifletta dwar is-sehem tal-Bank f’dan l-avveniment, Daniel Magrin, Head Marketing & Product Lifecycle Management fil-BOV, qal: “Colour My Run huwa eżempju mill-aqwa ta’ kif l-isport, il-komunità u l-edukazzjoni jistgħu jingħaqdu f’għodwa mimlija ferħ. Bħala sostenitur ewlieni, konna kburin li għinna noħolqu esperjenza li ma kinitx biss divertenti, iżda wkoll sinifikanti – mil-litteriżmu finanzjarja permezz ta’ Astro Saver sal-protezzjoni diġitali bl-inizjattiva tagħna Spot the Scam. L-għan tagħna huwa dejjem li nkunu preżenti għall-komunitajiet b’modi li jarrikkixxu ħajjithom, jispiraw drawwiet tajbin u jiġbru lin-nies flimkien.”

Bank of Valletta rringrazzja lil Nathan Farrugia, il-voluntiera kollha, l-imsieħba, l-awtoritajiet u l-parteċipanti li għenu biex edizzjoni oħta ta’ Colour My Run tibqa’ mfakkra.