Lokali

L-MEIA torganizza konferenza ibbażata fuq djalogu bejn l-artisti

Il-MEIA qed torganizza, konferenza b’differenza li hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha, fejn qed jipparteċipaw madwar 45 persuna minn 10 pajjiżi differenti.

L-għan ta’ din l-attivita hu lsabiex l-artisti, l-edukatturi l-esperti u anka l-politiċi jiddiskutu flimkien kif tinbena kultura iktar ġusta.

B’differenza għal konferenzi tradizzjonali, Culture at Work hija mibdnija fuq diskussjoni miftuħa u l-kollaborazzjoni. Fejn id-diskussjoni mhux ibażata fuq panel imma fuq djalogu u diskussjoni attiva mal-parteċipanti preżenti. Din il-konferenza b’differenza qed issir f’postijiet differenti minn – studios sa tejatri u ċentri tal-kommunità.

Maria Galea, il-President tal-MEIA, saħqet li Culture at Work, jirrapreżenta fażi ġdida fis-settur tal-kreattività, li tirrifleti kif issir il-ħidma f’dan is-settur u kif il-membri jistgħu jibqgħu maqgħuda flimkien.

Hi tenniet li l-għan ewlieni mhux li jkun hemm qbil fuq kollox imma li jkun hemm triq ‘il quddiem fejn ikun hemm bażi komuni.

Fuq kollox, Culture at Work għandha l-għan li tpoġġi l-kultura fiċ-ċentru tal-iżvillup nazzjonali, fejn toħloq kommunitajiet sostenibli.

Matul is-snin, il-MEIA kienet attiva ħafna biex tagħti vuċi lill-artisti kollha fis-settur kreattiv, inkluż atturi, żeffiena, producers, kittieba u ħafna oħrajn.