Lokali Qorti

Mixli li f’temp ta’ xahar seraq tliet darbiet mill-istess vettura

Gilmore Borg ta’ 25 sena minn Marsascala, tressaq il-Qorti akkużat li f’temp ta’ xahar seraq tliet darbiet mill-istess vann Ford Transit li kien ipparkjat fl-istess triq f’Birkirkara. L-ewwel każ seħħ kmieni f’Mejju, meta allegatament daħal fil-vettura u seraq flus kontanti, AirPods, charger tal-mobile u nuċċalijiet tax-xemx.

Aktar tard matul l-istess xahar, il-vann reġa’ nstab misruq, din id-darba b’nuċċalijiet oħra nieqsa. It-tielet serqa seħħet f’Ġunju, meta ngħad li nsterqu ‘dash cam’ li tiswa madwar €40. It-tliet każi kienu separati iżda kellhom l-istess vittma, l-istess post u l-istess mod kif ġew esegwiti.

Il-Qorti semgħet ukoll li Borg kien arrestat fit-18 ta’ Novembru f’każ separat ta’ aggressjoni fuq raġel ieħor. Skont il-Pulizija, kameras tas-sigurtà qabdu l-inċident b’mod ċar u juru lil Borg iferi b’ponta ta’ sikkina lill-vittma, li weġġa’ ħafif.

Meta ndarab l-aggressur, instab ukoll fil-pussess ta’ arma illegali. Il-prosekuzzjoni qalet li dawn l-offiżi saru waqt li Borg kien għadu fil-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża li ngħatatlu qabel, fatt li jagħmilha iktar gravi għax kien suppost qiegħed fl-aħħar ċans tiegħu.

Meta tressaq quddiem il-Maġistrat, Borg wieġeb mhux ħati għall-akkużi kollha u ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju, u għalhekk baqa’ jinżamm fil-kustodja filwaqt li l-proċeduri kontra tiegħu jkomplu.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Ann-Marie Thake.