Fi PROFILI lbieraħ iltqajna ma’ Miriam Sciberras, dentista, li iżda l-irwol tagħha fil-pubbliku u ferm aktar rinomati mill-professjoni li hija tħaddan, hekk kif il-profil hija s-CEO tal-Life Network Foundation.
Permezz tad-diskussjoni stajna nifhmu l-ħidma li ssir f’din il-Fondazzjoni, u l-kampanji edukattivi li qed isiru biex il-ħajja tkun protetta, mill-bidu sat-tmiem.
Aħna mhux biss favur il-ħajja, imma ngħidu, li hemm soluzzjonijiet oħra, ħafna aħjar mill-abort
Il-profil rrakontat episodju, fejn permezz tat-tarbija fil-ġuf, omm li kienet fil-prostituzzjoni, għażlet li żżomm it-tarbija u fittxet l-għajnuna, u llum qed taħdem xogħol leġittimu. Dan biss kien wieħed mill-ftit episodji, hekk kif Dar Tgħanniqa ta’ Omm laqgħet u ta’ kuljum qed tgħin u tilqa’ ommijiet li jkunu qed isibu diffikulta fit-tqala tagħhom.
Matul il-programm il-profil tkellmet ukoll dwar il-March for Life, mixja li llum ddaħħlet fil-kalendarju nazzjonali biex wieħed jesprimi lilu nnifsu favur il-ħajja – simbolu ta’ solidarjetà u rispett lejn kull ħajja.
Miriam Sciberras qasmet magħna l-esperjenza tagħha, u dak li esperjenza t-tim tagħha, meta l-klinika tagħha f’Ħaż-Żabbar kienet ivvandalizzata.
Kien mument ta’ dieqa, li ddiskussjoni nazzjonali dwar l-abort waslet biex niġi attakata b’dan il-mod
Il-ħidma tagħha wasslet ukoll biex fl-2009 ikun hemm approvazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, li llum hu parti integrali mil-liġijiet ta’ Malta.
Apparti dawn l-irwoli li semmejna, Miriam Sciberras, serviet ukoll bħala Viċi Sindku f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Ħaż-Żabbar. Kienet Segretarju Ġenerali tal-Moviment Nisa PN, u kien ukoll membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Il-profil hija miżżewġa lil Mark, bil-koppja huma ġenituri ta’ 9 t’ulied.
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-Erbgħa kellu l-muntaġġ ta’ Liam Briffa.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify. Ir-ripetizzjoni ta’ PROFILI tkun is-Sibt fl-4.30pm fuq NET TV.



