Internazzjonali

Trump iffirma l-abbozz sabiex jiġu ppublikati l-Epstein Files

Il-President Amerikan Donald Trump iffirma l-abbozz li jordna lid-Dipartiment tal-Ġustizzja biex jippubblika l-files relatati mal-investigazzjonijiet ta’ Jeffrey Epstein u Ghislaine Maxwell. Id-dipartiment issa għandu 30 jum biex jagħmel id-dokumenti pubbliċi.

L-‘Epstein files’ huma ħażna enormi ta’ dokumenti li tfasslu waqt l-investigazzjonijet kriminali dwar il-biljunarju li kien konsulent politiku u finanzjaru tal-aktar persuni influwenti fl-Istati Uniti. Id-dokumenti jinkludu transcripts tal-intervisti mal-vittmi u x-xhieda – minbarra rekords tal-oġġetti elevati waqt ir-rejds li l-pulizija għamlu fil-proprjetajiet ta’ Jeffrey Epstein. Ġudikant federali qal li b’kollox dawn il-files jinkludu 100,000 paġna.

Għall-ewwel Trump kien oppona li jiġu ppublikati l-fajls. Dan wara allegazzjonijiet li seta’ jkun marbut mal-każ. Imma pressjoni kemm mill-avversarji politiċi tiegħu kif ukoll minn membri tal-partit tiegħu stess wasslitu biex japprova l-abbozz.