Illum, għall-ħabta ta’ 12:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Tumas, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn DAF 85 misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq.
Fit-Toyota kien hemm ukoll raġel ta’ 70 sena u mara ta’ 71 sena, it-tnejn jgħixu ż-Żurrieq ukoll.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanzi ħadu l-persuni li kollha li kienu fitToyota l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, il-mara ta’ 71 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji, filwaqt li l-kundizzjoni tat-tnejn l-oħra għadha pendenti.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

