Il-Kunsill Lokali tal-Imsida esprima l-preokkupazzjonijiet tiegħu għall-fatt li mhux qed jiġi kkonsultat fuq xogħlijiet infrastrutturali fl-istess lokalità.
Intant il-Kunsill Lokali tal-Imsida ddikjara li ma jista’ qatt jaċċetta li r-residenti ma jkunux ikkonsultati dwar żviluppi bħal dan tal-bridge pedonali mħabbar mill-Ministru – liema tħabbira saret mil-lum għall-għada.
Kien għalhekk li l-Kunsill fl-immedjat talab laqgħa urġenti mal-Ministru Chris Bonett biex mill-aktar fis possibbli jkun diskuss dan l-iżvilupp.
//= $special ?>

