L-istudenti tal-Universita qed ikomplu jiccelebraw il-gradwazzjoni taghhom. Dan hekk kif il-Ġimgħa, kien imiss il-Periti li jiċċelebraw is-suċċess akkademiku tagħhom.
Dawn iż-żgħażagħ żaru d-Dar Centrali tal-PN, fejn intlaqgħu mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello.
Apparti l-periti, anke l-istudenti tal-Malti kellhom iċ-ċelebrazzjoni permezz tal-buscade.
Din is-sena qed jiggradwaw ‘il fuq minn 1,700 student mill-Università ta’ Malta.
B’kollox, kienu 657 l-irġiel li gradwaw mill-Universita, filwaqt li kien hemm 1,057 mara.
Is-Segretarju Ġenerali tal-PN feraħ lil dawn l-istudenti li għadhom kif temmew il-kors tagħhom, u awguralhom kull suċċess



