Kultura Lokali

Imnedija edizzjoni ġdida ta’ ‘Rajt Malta Tinbidel’

Ġiet imnedija edizzjoni ġdida tal-erba’ volumi ta’ Herbert Ganado Rajt Malta Tinbidel.

Din l-edizzjoni ġdida reġgħet ġiet issettjata mill-ġdid f’rispett totali lejn il-kitba oriġinali ta’ Herbert Ganado.

Il-volumi huma kollha llegati b’qoxra iebsa u kull volum jinkludi numru ta’ ritratti tal-epoka, uħud minnhom qed ikunu ppubblikati għall-ewwel darba. Is-sett għandu introduzzjoni tal-Imħallef Giovanni Bonello kif ukoll indiċi analitiku.

Rajt Malta Tinbidel hi l-bijografija ta’ Herbert Ganado u hi meqjusa bħala wieħed mill-aqwa kotba bil-Malti.

Fl-erba’ volumi l-awtur jirrakkonta l-avvenimenti li ġraw mill-aħħar tas-seklu dsatax sal-aħħar kwart tas-seklu għoxrin – mill-ġrajjiet taż-żewġ gwerer dinjija sal-mixja politika ta’ pajjiżna minn kolonja għal stat indipendenti u sovran – bil-ferħ u l-problemi li kull pass ġab miegħu.

B’lingwaġġ sempliċi u mexxej, xi kultant umoristiku, xi kultant kompassjonali, l-awtur jirnexxielu jagħti stampa tat-tessut soċjali ta’ Malta f’dawk iż-żminijiet – biex ħalliliena xhieda dejjiema tagħhom għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajh. Dawn il-volumi huma ġojjel u x’aktarx wieħed mill-aħjar kotba tal-istorja kontemporanja Maltija li kull dar għandu jkollha.

Waqt is-serata tat-tnedija tkellem l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li semma’ l-importanza ta’ Rajt Malta Tinbidel ghall-generazzjoni tallum. Qal li kull Malti specjalment kull politiku ghandu jaqra din il-pubblikazzjoni, ghaliex fiha valuri universali li jmorru lil hinn miz-zmien li nkitbet fih.

L-avukat Austin Sammut, li ha l-aspett tal-familja u xi anedotti helwin mill-ktieb, semma’ kif din il-kitba tiehdok lura u ggaghlek tghix mill-gdid iz-zminijiet passati.

L-istoriku Simone Azzopardi tkellmet dwar l-importanza ta’ dawn il-kotba bhala sors primarju li jiddokumenta z-zminijiet li fihom Malta ghaddiet minn taqlib kbir. Tkellment ukoll fuq l-irwol tal-mara u anke Ghawdex fil-kitba ta’ Ganado.

Is-serata kienet indirizzata mill-pubblikatur, Joe Mizzi, Michael Ganado li jigi l-ikbar neputi ta’ Herbert Ganado, u Tonio Ganado, it-tifel ta’ Herbert Ganado.