Wara sigħat jikkumbattu, il-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien kbar li ħakmu scrapyard fi Triq Garibaldi, il-Marsa.
L-operazzjonijiet tal-pumpiera għadhom għaddejjin iżda n-nar ġie kkontrollat fi ftit sigħat.
Il-Protezzjoni Ċivili appellat lill-pubbliku sabiex jevita z-zona minħabba sigurezza.
Sabiex kien ikkontrollat in-nar kienu l-Protezzjoni Ċivili, l-Emergency Fire and Rescue, voluntieri tas-CPD u anke numru ta’ bowsers ta’ kuntratturi privati li taw l-għajnuna tagħhom.
Transport Malta, il-LESA, l-Uffiċjali tal-Pulizija u anke d-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei flimkien mas-St John Ambulance and Rescue Malta kienu wkoll ta’ għajnuna kbira f’din l-operazzjoni.





