Lokali

L-Eks Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ jinsisti biex min kien responsabbli “jieħu dak li ħaqqu”

"Għandna dritt inkunu nafu x'passi ittieħdu"

Il-każ tan-nirien li ħakmu scrapyard fil-Marsa ħoloq xi ftit ta’ kontroversja, minħabba li din mhix l-ewwel darba li dan il-post spiċċa nbidel fi fjamma waħda.

Dan il-każ kien seħħ fis-16 ta’ Settembru tal-2021.

Dakinhar, kienu qalu li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, kellha tinvestiga l-inċident. Anke l-Pulizija kienet qed tinvestiga.

Illum, fuq Facebook, l-Eks Sindku Laburista ta’ Ħaż-Żebbuġ Brian Bonnici stqarr li “meta pajjiz jitlef id-dixxiplina jkun miss il-qiegħ… meta l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet ma juzawx snienhom ikunu saru rrelevanti”. U kollox jindika li Bonnici kien qed jalludi għall-fatt li reġa’ kellna ħruq fl-istess post, f’temp ta’ erba’ snin.

“Biex ikollok ġustizzja sħiħa trid tidher li qed issir….Is-skiet tarraxxna… iva għandna dritt insiru nafu x’passi ttieħdu mhux biex intefa n-nar imma biex min kien responsabbli jieħu li ħaqqu… min hu responsabbli għal ħela ta’ ilma, ħela ta’ rizorsi, ħela ta’ enerġija, periklu għall-ħaddiema, arja mniġġsa, konsegwenzi f’saħħitna Dan tal-lum seħħ ukoll fejn bini storiku bini, skedat l-Addolorata… u kollox qisu xejn mhu xejn.”