Daħna qawwija dehret minn diversi zoni tal-pajjiż wara nirien li ħakmu scrapyard, fi Triq Garibaldi, fil-Qasam Industrijali tal-Marsa.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija jinsabu fil-post u qed jaħdmu biex jikkontrollaw il-fjammi u jżommu l-post sigur.
Hemm ukoll tim mediku fuq il-post, iżda s’issa ma ġie rrapportat l-ebda korriment.
In-nar li ħakem din l-iscrapyard wassal biex ħaddiema tal-kumpanija KPH Feed Mill, li tinsab fl-istess zona, ġew evakwati mill-awtoritajiet bħala mezz ta’ prekawzjoni.
Net News qiegħed fil-post u ser jkompli jaġġornakhom fil-ħin li ġej.




