Għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ser tressaq persuna l-Qorti b’rabta ma’ diversi serqiet li ġew irrapportati matul l-aħħar xhur.
Il-Pulizija kienu ġew infurmati li persuna daħlet fi proprjetajiet u serqet numri ta’ affarijiet li jvarjaw bejn flus kontanti, basktijiet tal-ħaddiema, laptops, mobiles u apparat ieħor elettroniku, fost oħrajn.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li s-serq sar minn lukandi u ristoranti f’San Ġiljan, uffiċċji
privati f’Ħal Qormi u minn residenza tal-anzjani f’Ħal Luqa. Wara li ġew analiżżati numru ta’ filmati tas-sigurtà mill-postijiet fejn seħħew is-serq, kollha indikaw li allegatament kienet l-istess persuna li wettqet ir-reat.
L-investigazzjonijiet intensivi waslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel, u dan wassal ukoll
għall-arrest tiegħu


