Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet proċeduri ta’ ksur kontra l-Gvern Malti dwar id-deroga għar-riċerka relatata mas-seba’ speċi tal-għasafar tal-għana.
Wara s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-2024 (Kawża C23/23), il-Gvern daħħal emendi sabiex jikkonforma ma’ dik is-sentenza. Minkejja dan, il-Kummissjoni xorta waħda ddeċidiet li tiftaħ proċeduri ġodda ta’ ksur peress li qed tiddubita jekk id-deroga ta’ Malta, kif applikata fil-qafas leġiżlattiv il-ġdid, effettivament sservix skop ta’ riċerka.
Il-Gvern Malti qal li ħa nota ta’ din id-deċiżjoni u jibqa’ impenjat fid-djalogu kostruttiv kontinwu mal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Gvern issa għandu xahrejn biex iwieġeb għal dawn il-proċeduri.
//= $special ?>

