Il-President Ukren Volodomyr Zelensky lest jaħdem b’mod onest mal-Istati Uniti sabiex tintemm il-gwerra fl-Ukrajna – gwerra li ilha għaddejja sa minn Frar tal-2022.
Diversi networks Amerikani qed jirrappurtaw illi b’dan il-pjan, il-Gvern ta’ Kiev ikollu jċedi xi zoni tad-Donbas lejn in-naħa tal-Lvant…inaqqas l-ammont ta’ suldati fl-armata…u jwiegħed li ma jisseħibx fin-NATO.
Il-pjan, iżda, jagħti ċans li jkun hemm ajruplani militari Ewropej stazzjonati fil-Polonja.
Zelensky qed jgħid li lest biss li jaħdem għal ftehim kemm-il darba jkun hemm triq ‘il quddiem biex tintemm il-gwerra.
Intant, il-President Ukren qed jgħid li fil-jiem li ġejjin mistenni jitkellem direttament mal-President Trump.
//= $special ?>

