Ilu 40 sena Il-każ tal-ħtif tal-ajruplan tal-Egyptair minn terroristi Palestinjani, bejn it-23 u l-24 ta’ Novembru 1985. Dan għadu meqjus sal-lum il-ġurnata bħala l-akbar traġedja li qatt seħħet fuq art Maltija u huwa wkoll imsemmi fost l-aktar hijacking drammatiku u atroċi fl-istorja tal-avjazzjoni mondjali. Din it-traġedja kienet ħalliet 60 persuna mejta.
Dawk li jiftakru x’kien seħħ f’dawk il-jumejn f’dak l-ajruplan statiku fl-ajruport tagħna, jiftakru wkoll b’dieqa partikolari, ‘żbalji’ li saru tul dik il-ġrajja, l-aktar min-naħa Eġizzjana iżda sfortunatament xejn b’inqas minn tmexxija inesperta, b’deċiżjonijiet assurdi, min-naħa Maltija wkoll.




