20 sena wara l-mewt ta’ missierħa, Julia Ann Cluett saret l-ewwel tfajla Maltija fl-istorja, li kklassifikat mal-aqwa 12 minn fot 120 pajjiż fil-konkors tas-sbuħija, Miss Universe. Dan kien suċċess bla preċident għat-tfajla Maltija ta’ 27 sena, li tiġi t-tifla tal-mibki eks gowlkiper tat-tim nazzjonali Malti, David Cluett.
Il-ġenerazzjoni tal-lum mhux bilfors jifakru jew jafu b’David, li mingħajr dubju kien wieħed mill-aqwa gowlkipers li qatt kellha Malta, fl-istorja tal-futbol lokali. David kellu erba’ t’itfal, u Julia Ann kienet it-tielet wild tal-eks gowlkiper ta’ Floriana fost diversi timijiet oħra.
David miet ta’ 39 sena, wara marda qasira. Il-memorja ta’ David għadha fl-imħuħ ta’ kull partitarju Malti li kien jgħix il-futbil lejn l-aħħar tas-snin 80 u s-snin 90. Matul il-karriera brillanti tiegħu, David jibqa’ imfakkar l-aktar għaż-żmien li għamel jilgħab ma’ Floriana, tant li mal-greens rebaħ l-ogħla unuri tal-futbol Malti. L-istaġun 1992/93 jibqa’ wieħed memorabbli għaliħ u għal kull partitarju ta’ Floriana, bir-rebħ tad-double, iġifieri il-Kampjonat u l-FA Trophy.
Meta David miet, Julia Ann kellha biss seba’ snin, u għalhekk it-tfajla li għamlitna tant kburin li aħna Maltin, meta temmet mal-aqwa 12-il kontestanta f’Miss Universe li kien organizzat fit-Tajlandja. Julia Ann kienet inkurunata Miss Universe Malta f’Lulju meta kienet qed tirrappreżenta l-lokalità tal-Furjana, l-istess lokalitá li missierha, David lagħab għal tant snin u rebaħ diversi unuri.
Ironikament, David kien Slimiż, iżda qatt ma lagħab ma’ Sliema, u bħal missierha, Julia Ann hi ukoll Slimiża iżda b’rispett għall-memorja ta’ missierha, li qatta’ 13-il sena jilgħab ma’ Floriana, it-tfajla tant brava u sabiħa, għażlet li tirrapreżenta l-lokalitá tal-Furjana.
David qatt ma rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-MFA, iżda din is-sena, kien il-gowlkiper magħżul fl-iskwadra tal-aqwa 11-il plejer Malti taċ-Ċentinarju.
Is-suċċess ta’ Julia Ann kien sinifikanti ukoll għaliex wara 74 sena li Malta llha tpparteċipa f’dan il-konkors internazzjonali tas-sbuħija, hi kienet l-unika tfajla mill-Ewropa li f’din l-edizzjoni kklassifikat mal-aqwa 12-il tfajla.
B’hekk grazzi għal dan ir-riżultat prestiġjuż ta’ Julia Ann, apparti li t-tfajla għamlet unur kbir lil pajjiżna, hi rrnexxilha ukoll terġa’ tfakkarna fil-memorja sabiħa ta’ missierħa; wieħed mill-aqwa gowlkipers li qatt ipproduċa l-futbol Malti u li lagħab 69 darba mat-tim nazzjonali Malti.
David, kien beda’ il-karriera ma’ Melita, imbgħad kien trasferit ma’ Floriana, fejn magħhom kellu l-aqwa żmien tal-karriera tiegħu. Lejn l-aħħar tal-karriera tiegħu, David kien lagħab ukoll ma’ Gozo FC, Birkirkara u temm il-karriera tiegħu, fl-2002, mill-ġdid ma’ Floriana.
Tliet snin wara li kien irtira mill-futbol milgħub, David kien ħalla lil kulħadd ixxukjat meta f’temp qasir, kien ħalla din id-dinja, wara marda kiefra.
Il-legat ta’ David fil-futbol għadu jinħass sal-lum, tant li it-tifel il-kbir tiegħu, Daniel, llum hu l-First Team Physiotherapist ta’ Oxford United FC, klabb li jilgħab fil-League Championship fl-Ingilterra. Apparti Daniel u Julia Ann, David kellu żewġ t’ibniet oħra, Rachel u Emma.
//= $special ?>

