Draw ta’ 1-1 bejn Fiorentina u Juventus. Kienu Juventus li fetħu l-iskor fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima minn gowl ta’ Filip Kostic. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Fiorentina kisbu d-draw meta Moise Kean għadda lejn Rolando Mandragora li xeħet fix-xibka għal 1-1.
Rebħa ta’ 3-0 għal Bologna barra minn darhom għand Udinese. Wra li Riccardo Orsolini falla penalty fl-ewwel taqsima huma fetħu l-iskor fl-54 minuta minn Tommasso Pobega, bl-istess plejer jirdoppja sitt minuti wara. Fil-ħin mogħti żejjed Federico Bernardeschi għamilhom 3-0.
Riżultati: Cagliari v Genoa 3-3, Udinese v Bologna 0-3, Fiorentina v Juventus 1-1, Napoli v Atalanta tard.
//= $special ?>

