F’St’James’ Park Newcastle kisbu rebħa missielta ta’ 2-1 fuq Manchester City f’partita li offriet diversi ċansijiet għaż-żewġ timijiet. Kienu Newcastle li fetħu l-iskor fit-68 minuta meat Bruno Guimaraes għadda lejn Harvey Barnes li b’xutt fil-baxx għeleb lil Donnarumma għal 1-0. Ħames minuti wara Man City kisbu d-draw minn xutt ta’ Ruben Dias. Iżda żewġ minuti wara reġa’ kien Harvey Barnes li mill-viċin xeħet fix-xibka, bil-gowl ikunu konvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR.
F’Anfield Nottingham Forest ħasdu lil Liverpool meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0 bit-tim ta’ Arne Slott u ċ-champions attwali jsofru s-sitt telfa tagħhom fil-kampjonat dan l-istaġun. Nottingham Forest fetħu l-iskor fit-33 minuta minn Murillo b’ Nicolo Savona jirdoppja fis-46 minuta. It-tielet gowl ta’ Nottingham wasal fit-78 minuta minn Morgan Gibbs-White.
F’Turf Moor rebħa importanti ta’ 2-0 għal Chelsea fuq Burnley, liema rebħa tpoġġihom fit-tieni post tal-klassifika wara t-telfa ta’ Manchester City. Chelsea fetħu l-iskor fit-38 minn konklużjoni ta’ Pedro Neto, qabel fit-88 minuta kien Enzo Fernandez li kkonkluda fuq kontrattakk veloċi u ta’ tliet punti lit-tim immexxi minn Enzo Maresca.
Riżultati: Burnley v Chelsea 0-2, B’Mouth v West Ham 2-2, Brighton v Brentford 2-1, Fulham v Sunderland 1-0, Liverpool v Nott Forest 0-3, Wolves v C’Palace 0-2, Newcastle v Man City 2-1
//= $special ?>

