Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà iddikjara li mhux minnu li għalaq l-għases. U li saħanistra kien hu li fetaħ l-ewwel għassa wara 40 sena.
Waqt li kien intervistat fuq Campus FM mill-Professur Andrew Azzopardi, Gafà ftaħar li kien hu li wara 40 sena fetaħ l-ewwel għassa tal-Pulizija. Dan mingħajr ma semma’ l-għexieren ta’ għases illi kien propju hu li għalaq madwar Malta u Għawdex.
Huwa naqas milli jindirizza wkoll dawk il-lokalitajiet li ma għandhomx għassa, fosthom, l-Isla, Tarxien, Ħal Għaxaq, tal-Pietà,u anke l-Imġarr fost oħrajn.
Fejn anke ammetta illi xeħet lill-uffiċjali tal-Pulizija taħt it-tmexxija tiegħu f’container sakemm jirranġa xi għasses, mingħajr ma semma’ s-snin twal li l-għassa l-Pulizjia tal-Msida ilha magħluqa biex tiġi rinovata.
Dwar il-każ ta’ Vitals u Steward Angelo Gafà spjega illi d-deċiżjoni tal-arbitraġġ ma bidlet assolutament xejn fil-ħidma tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għaliex hemm il-proċeduri għaddejin diġa’ fil-Qorti.
Madanakollu, Angelo Gafà spjega illi attwalment huma 2,600 uffiċjali tal-Pulizija, inkluż dawk pajżana. Dan filwaqt li ddikjara li l-kriminalità naqset.


