Il-Protezzjoni Ċivili għadha għaddejja tikumbatti n-nirien fi scrapyard tal-karozzi fil-Marsa. Nar li propju beda ftit inqas minn 24 sigħa ilu.
Minkejja li dawn in-nirien ġew ikkontrollati c-CPD għadha għaddejja bit-tifi tan-nar sabiex ikun żgur li dan in-nar ma jerġax jieħu.
Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, is-CPD infurmat li Triq Guseppi Garibaldi l-Marsa hija miftuħa lejn iż-żewġ direzzjonijiet – kemm lejn Ħal Luqa u anke lejn il-Marsa.
Minkejja dan, is-sewwieqa u dawk kollha li jghaddu minn din it-triq għandhom ikunu kawti ġaladarba għadhom qed jagħmlu l-wasla tagħhom numru ta’ vetturi tas-CPD.




