Internazzjonali

L-alleati tal-Ukrajna bl-għan li jsaħħu l-pjan ta’ paċi tal-Istati Uniti

Fis-summit tal-G20, fl-Afrika t-Isfel, l-alleati tal-Ukrajna se jippruvaw isaħħu pjan ta’ paċi tal-Istati Uniti biex tintemm il-gwerra.

Il-President Volodymyr Zelensky tenna li l-Ukrajna tinsab taħt pressjoni qawwija biex taċċetta l-pjan – liema pjan diversi persuni jarawh bħala wisq favur ir-Russja.

Keir Starmer tkellem ma’ Zelensky, kif ukoll ma’ mexxejja minn Franza u l-Ġermanja, u qal li l-alleati kollha jridu “paċi ġusta u dejjiema”.

Ir-Rappreżentanta Għolja għall-Affarijiet Barranin tal-UE Kaja Kallas qalet li r-Russja m’għandhiex “dritt” titlob konċessjonijiet minn pajjiż li invadiet.

Il-President Amerikan Donald Trump mhux se jattendi l-G20 u qal li l-Ukrajna se jkollha tapprova l-pjan dalwaqt. Il-President Russu Vladimir Putin sejjaħ il-proposta bħala “bażi” possibbli għat-taħditiet.