Il-Congresswoman Amerikana, Majorie Taylor Greene ħabbret li se tirriżenja mill-Kungress u se tispiċċa t-terminu tagħha fil-5 ta’ Jannar. Dan wara diżgwid kbir mal-President Donald Trump.
Trump irreaġixxa għal din l-aħbar u għajjarha “lunatika” u “traditur”.
Ġaladarba ħadet din id-deċiżjoni, fuq il-pjattaforma, X, Greene qalet li, li titkellem favur “nisa Amerikani li ġew stuprati fl-età ta’ 14-il sena” m’għandux jirriżulta f’theddid mill-President li darba appoġġjat.
Hija Kienet magħrufa għall-promozzjoni ta’ teoriji ta’ konspirazzjoni u għall-imġieba konfrontazzjonali lejn il-ġurnalisti. Ir-relazzjoni tagħha ma’ Trump bdiet sejra lura meta attakkat il-policy barranija tiegħu.
Trump laqa’ r-riżenja tagħha u f’kummenti li ta lil ABC News li din kienet “aħbar tajba ferm għall-pajjiż.”


