Wara dak li suppost kellu jkun “l-aqwa budget fl-istorja ta’ pajjiżna”, jidher biċ-ċar li l-Partit Laburista ma żiedx l-appoġġ tiegħu u baqa’ bejn wieħed u ieħor fl-istess ilma.
Dan ġie żvelat f’survey li sar bejn it-12 ta’ Novembru u t-23 ta’ Novembru mill-Professur Vincent Marmara matul il-ġurnata tas-Sibt u li kompla jikkonferma t-trend li rajna fis-survey tal-MaltaToday fl-aħħar jiem.
Fejn deher biċ-ċar illi f’temp ta’ xahar il-Partit Nazzjonalista kompla jżid fil-voti dan filwaqt li l-Partit Laburista kompla jnaqqas – anke wara “l-aqwa budget fl-istorja ta’ pajjiżna”.
L-istħarriġ juri li l-Partit Nazzjonalista żamm kważi 90% tal-votanti tiegħu meta kkumparat ma’ dawk li vvutaw fl-2022. Rata li hija ferm ogħla minn dik tal-Partit Laburista illi żamm 83.8% biss mill-elezzjoni ġenerali tal-2022.
F’dan is-survey, kompla joħroħġ aktar evidenti kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qed jara wkoll appoġġ qawwi fost il-votanti tal-Partit Nazzjonilista, u li jindika appoġġ intern sod ħafna. Is-survey jgħid ukoll li 1.7% ta’ dawk li vvotaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-2022, issa qalu li fl-elezzjoni ġenerali illi jmiss se jkunu qed jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista.
Meta dan is-survey ikun imqabbel ma’ dak li ġie ppubblikat lura f’Ottubru, il-Partit Nazzjonalista irreġistra titjib kontinwu.
Huwa propju dan, li jikkonferma li l-Partit Nazzjonalista u Alex Borg qed ikomplu jissaħħu u jżidu fl-appoġġ tagħhom. Dan filwaqt li l-Partit Laburista u Robert Abela m’huma qed jagħmlu l-ebda avvanz.
Tant hu hekk illi Vincent Marmara permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tiegħu iddikjara illi l-Partit Labursita ra tnaqqis minħabba l-fatt li naqsu dawk li se jkunu qed jivvotawlu fl-elezzjoni minkejja li dawn l-istess persuni vvutaw lil-Labour fl-2022.
Fl-aħħar jiem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg wassal fil-Parlament 50 proposta li lkoll juru kemm il-Partit Nazzjonalista jpoġġi fuq quddiem nett il-benesseri tal-Poplu Malti u Għawdxi kolllu, fosthom anke l-proposta taċ-Child Trust Fund. Fejn kull wild se jkun qed jirċievi 5,000 ewro mat-twelid, b’dan l-ammont ikompli jiżdied bl-interessi sakemm il-wild ikollu 20 sena, fejn ikun jista’ jagħmel użu minnhom.
//= $special ?>

