Ħamrun Spartans ……………. 1
Valletta …………………………. 0
Ħamrun S.: H.Bonello, R.Compri, N.Garcia, M.Thioune, V.Polito, S.Smajlagic, J.Cadenovic, O.Bjelicic,, M.Hadzi, E.Marcelina, R.Camenzuli
Valletta: A.Aguiree, S.Borg, B.Paiber, J.Azzopardi, K.Brewer, N.Micallef, Y.Messias, S.Radic, T.Aldama, J.De Assis, J.Mendoza
Referee: S.Petrovic
Assistenti Referees: L.Porteli, M.Muscat
L-Aqwa Plejer tal-Partita: O. Bjelicic
Fil-partita tal-ġimgħa fl-istadium Nazzjonali f’Ta Qali kienu Ħamrun Spartans li għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 1-0, b’Ħamrun jitilgħu momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika b’25 punt. Din kienet ukoll it-tieni telfa konsekuttiva għal Valletta fil-Kampjonat.
Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fit-48 minn Ognjen Bjelicic.
Fid-69 minuta ċans tad-deheb li jiksbu d-draw Valletta meta miż-żewġ tentattivi l-ewwel ta’ Yuri Messias u ta’ Andrea Zammit, iżda kien Henry Bonello li salva għal darbtejn u żamm it-tim tiegħu fil-vantaġġ. Minuta wara okkażżjoni oħra għal Zammit, meta minn cross mil-lemin ta’ Aldama, Andrea Zammit waħdu mal-goalkeeper Henry Bonello tefa’ barra mil-lasta.
Fis-77 minuta ċans tad-deheb ieħor għal Valletta meta Jefferson de Assis kien żmarkat fil-kaxxa iżda mill-viċin xeħet għoli mil-lasti ta’ Bonello.
F’din il-partita Ħamrun jitilfu żewġ challenges wara li kienet l-ewwel logħba li ntużat il-Football Video Support wara li fl-ewwel taqsima l-FVS ħassret penalty li kien ingħata mir-referee għal Ħamrun. Valletta użaw ukoll challenge min-naħa tagħhom wara li foul ta’ Messias deher kuntatt fil-kaxxa, bir-referee Petrovic iħalli l-logħob għaddej wara konsultazzjoni mal-FVS.
//= $special ?>

